TIFLIL - Gwerra gewwa l-Ukraina #1 - Dr Moira Catania
· 21 min · S1 E1 · Trailer · Explicit
Episode TIFLIL - Gwerra gewwa l-Ukraina #1 - Dr Moira Catania
TAHDITA SHIHA ISSA FUQ patreon.com/jonmallia
Ghall-ewwel episodju ta’ TIFLIL poggejt ma Dr. Moira Catania biex niddiskutu l-impatt ekonomiku tal-gwerra fl-Ukraina. Tkellimna dwar l-inflazzjoni, is-sussidji u kif il-gvern Malti qieghed jinnegozzja it-tibdil rapidu fis-swieq fundamentali tal-gas u l-qamh. Swieq li l-effett taghhom jippervadi kull saf tas-socjeta. Aktar il-quddiem fit-tahdita Moira bassritli x’jaf jigri mill-ekonomija ta’ pajjizna kemm il-darba il-gwerra tissokta u tiggrava.
Moira hija lettrici fi hdan l-Istitut ghall-Istudji Ewropej gewwa l-Universita ta’ Malta. Fuq nota personali nistqarr li fil-kuntest ta’ dak li qed insiru nafu dwar il-qaghda ekonomika ta’ pajjizna f’dawn l-ahhar jiem, inqis din il-konverzazzjoni importanti immens. Dr. Moira Catania, grazzi tal-hin tieghek.
Infakkar li s-serje TIFLIL tixxandar esklussivament fuq Patreon.
Dan is-serje migjub lilkhom minn TableIn Malta - https://www.tablein.mt/en
Shows are listed from Apple Podcasts' charts and directory, and Podcast Index where it is used. Every show and episode belongs to its publisher and plays from the publisher's own feed; this site hosts none of them. Explicit shows are for adult profiles only, and children’s profiles hear only children’s shows. More about this list.