IS-SISTEMA ELETTORALI #2
· 2 h 21 min
Episode IS-SISTEMA ELETTORALI #2
Ghat-TIENI episodju dwar IS-SISTEMA ELETTORALI jien u David qaxxarna l-basla tas-SINGLE TRANSFERABLE VOTE, cioè s-sistema ta’ votazzjoni li n]addmu f’dan il-pajjiż.
Għalija dan l-episodju huwa aktar importanti mill-ewwel wieħed għax għandu element preskrittiv li jista' jibda jippuntana lejn xi soluzzjonijiet.
F'din id-diskursata jien u David flejna diversi sistemi li wieħed isib madwar id-dinja, u x'inhuma l-vantaggi u l-iżvantaġġi ta' dawn is-sistemi. Naqra ta’ contrast and compare.
Il-qofol tad-diskursata twassalna biex insibu xi risposti għall-mistoqsija "Kieku int xi tbiddel?".
David qasam miegħi ĦAMES PUNTI fejn is-sistema tagħna tista' tinbidel għall-aħjar. Ħames punti li nemmen li kull min irid jara Malta iktar demokratika għandu jomgħodhom ftit.
Biex torjenta ruhek ahjar fil-konverzazzjoni:
Spjegazzjoni tas-SINGLE TRANFERABLE VOTE: https://www.youtube.com/watch?v=iKKC8dhwPak
Treaty on the Functioning of the European Union:
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:12016E/TXT
Shows are listed from Apple Podcasts' charts and directory, and Podcast Index where it is used. Every show and episode belongs to its publisher and plays from the publisher's own feed; this site hosts none of them. Explicit shows are for adult profiles only, and children’s profiles hear only children’s shows. More about this list.